Keeping in touch?

KEEPING IN TOUCH? Send email to teatrumalti@blogspot.com to receive update notifications.

Sunday 10 January 2016

IT-TIENI VOLUM:      



3 S I L T I E T
meħudin minn

Għasfur taċ-Ċomb - Il-Belliegħa fil-Bir - U L-Anġlu Ħabbar




Minn "ILLUM" JANNAR 2014

IX-XENEĠĠJATURI ta’ ORESTE CALLEJA
 “SKART” u “3 SILTIET”


“Skart” huwa l-isem tad-dramm li Oreste Calleja għadu kemm ippubblika bħala l-ewwel volum minn sensiela ta’ kotba li se jiddedika għal xeneġġjaturi. Il-volumi fis-sensiela “Ix-Xenġġjaturi ta’ Oreste Calleja” huma disponibbli kemm bħala pubblikazzjoni b’qoxra iebsa, kif ukoll f’verżjonijiet online.

Fix-xena lokali hemm ftit pubblikazzjonijiet ta’ skripts li huma maħsuba u mfassla speċifikament għat-televixin jew għal filmati, u li jsegwu preżentazzjoni li tiffaċilita l-użu professjonali tagħhom għal dawn il-media. Fl-ewwel volum, “Skart”, Calleja jagħtina żewġ xogħlijiet: l-aktar wieħed reċenti, “Skart” huwa deskritt bħala “kammerspiel semitraġiku” u jirrakkonta l-ġrajja ta’ “bniedem kwalunkwe li torbot ma’ llum daqs kemm mal-imgħodd,” waqt li d-dramm l-ieħor fl-istess ktieb huwa meħud mir-repertorju klassiku ta’ Calleja: il-kummiedja sewda fil-ġeneru tal-Assurd, “Ċens Perpetwu”. Huwa dramm li jeħodna lura għexieren ta’ snin u li kien fost il-ftit teledrammi tal-bidu li l-MTV kien beda jagħtina lejn tmiem is-sittijiet. Dat-teledramm kien deher stampat l-ewwel darba fil-ġabra “4 Drammi” flimkien mad-drammi tal-bidu l-oħra ta’ Calleja, Satira, IġsmaIħirsa u Anestesija. Din il-ġabra ta’ drammi, ppublikata l-ewwel darba ‘l fuq minn erbgħin sena ilu, sa xi sena ilu kienet għadha tagħmel parti mill-kurrikulu nazzjonali tal-letteratura, wara li għamlet żmien ukoll fil-Matrikola tal-A Level.

F’din is-sensiela ġdida Calleja josserva li jkun interessanti li wieħed jipprova jislet il-kuntrast bejn “Ċens Perptweu”, u “Skart”: żewġ xogħlijiet mifrudin mhux biss miż-żmien – jekk mhux fl-istil - imma wkoll mill-iżvilupp enormi tat-teknoloġija awdjoviżiva tul dawn l-aħħar erbgħin sena. Maħsub għal żmien meta minbarra xi ftit filmati miġbudin barra, il-biċċa kbira tax-xeni ta’ teledemmi bħal “Ċkienu maħduma fal-A Level.ra, wara li għamlet żmien ukoll bħuqhom ix-xogħol li jkun imiss fl-istjow. l-kitba tieghħu favur il-kiens  Perpetwu” kienu maħduma fuq sett mibni apposta fl-istudjows tal-MTV u trażmessi live f’serata waħda. “Skart” iżda jsegwi l-evoluzzjoni fl-iżvilupp tekniku tax-xenografija fejn l-azzjoni esterna u dik interna hija minsuġa f’logħba waħda ta’ immaġini - dinamika li tipprova turi dak li jseħħ matul ġurnata ta’ bniedem kwalunkwe matul ġurnata “normali”… mhux daqshekk normali. L-awtur iħalli f’idejn il-qarrejja biex forsi jqabblu dak li jisiltu mid-dawn iż-żewġ xogħlijiet ma’ dak li bħalissa jsegwu b’tant ħerqa fuq it-televiżjonijiet tagħna.

It-tieni volum fis-sensiela tax-xeneġġjaturi huwa “3 Siltiet” u jikkonsisti f’ġabra ta’ xeni meħudin minn tliet drammi għall-palk ta’ Calleja: Il-Belliegħa fil-Bir, U l-Anġlu Ħabbar u Għasfur ta
nfo. ﷽﷽﷽﷽u Ħabbar u Għasfur tażli fi ftit ġranet oħra taħt l-isem "ċ-Ċomb. Għal darb’oħra l-awtur jittakilja teknika ġdida – dik tal-adattament televiżiv ta’ xogħlijiet ġejjin minn-ġeneru drammatiku ieħor.

Oreste Calleja huwa drammaturgu veteran tat-teatru Malti u kien fost l-ewwel kittieba li ħarġu mill-Moviment Qawmien Letterarju fi tmiem is-sittinijiet meta kien membru attiv u membru tal-Kumitat. Ix-xogħlijiet tiegħu jikkonsistu f’xogħlijiet għall-palk, it-televiżjoni u r-radju u jinsabu disponibbli mis-sit tal-internet tal-awtur li tagħti kronoloġija sħiha tal-ħidma tiegħu bħala drammaturgu, kif ukoll il-kitbiet tiegħu favur il-kitba drammatika matul dawn l-aħħar snin. Minkejja li għamel nofs ħajtu nieqes minn Malta (l-Ingilterra, l-Amerka, il-Lussemburgu u l-Ġermanja) ix-xogħlijiet tiegħu nħadmu fuq il-palk, ir-radju u t-televiżjoni u l-ħsieb tiegħu hu li eventwalment il-ħażna ta’ dawn ix-xogħlijiet, kemm tal-bidu kif ukoll tal-preżent u li huma mifruxa fuq kważi ħamsin sena, tiġi ppublikata u stampata, kif ukoll offruta għall-pubbliku permezz ta’ publikazzjonijiet diġitali (epubs, mobi, pdf, eċċ.) mis-sit www.orestecalleja.com.

It-tielet volum fis-sensiela ta’ xeneġġjaturi se jkun disponibbli fix-xahar ta’ Jannar.